29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/17
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ April 2009 — VDH Projektentwicklung GmbH, Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Erowpej
(Kawża C-387/08 P) (1)
(“Appell - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Direttiva 89/665/KEE - Nuqqas ta’ implementazzjoni mill-Kummissjoni tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni previst fl-Artikolu 3(2) - Persuni fiżiċi u ġuridiċi - Interess dirett - Inammissibbiltà”)
2009/C 205/30
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: VDH Projektentwicklung GmbH, Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH (rappreżentant: C. Antweiler, Rechtsanwalt)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Erowpej
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2008, VDH Projektentwicklung u Edeka Rhein-Ruhr vs Il-Kummissjoni (T-185/08), li permezz tiegħu il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikors li kellu bħala suġġett rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkonstatat in-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni tal-Kummissjoni, minħabba li din, f’dak li jikkonċerna l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet pubbliċi kif ukoll l-għoti ta’ kuntratt ġenerali ta’ turnkey, naqset milli timplementa mingħajr dewmien il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni previst fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/665/KEE u milli tinnotifika lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni minn persuni fiżiċi u ġuridiċi — Rekwiżit li r-rikorrent ikun direttament ikkonċernat mill-att li fir-rigward tiegħu jkun allegat in-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni min-naħa tal-istituzzjoni inkwistjoni
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) GU C 141, 20.06.2009
Full & Egal Universal Law Academy