12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/17
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2009 — Zipcar, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)
(Kawża C-394/08 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Artikolu 8(1))(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark verbali ZIPCAR - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali CICAR)
2009/C 220/29
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Zipcar, Inc. (rappreżentanti: M. Elmslie, solicitor)
Il-parti l-oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Botis, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2008, Zipcar vs UASI (T-36/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “ZIPCAR” għal prodotti fil-klassijiet 9, 39 u 42 kontra d-deċiżjoni R 122/2006-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-30 ta’ Novembru 2006, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “CICAR” għal servizzi fil-klassi 39
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Zipcar Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 285, 08.11.2008
Full & Egal Universal Law Academy