16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2009 — Complejo Agrícola, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-415/08 P) (1)
(Appell - Protezzjoni tal-habitat naturali - Lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Rikors għal annullament ippreżentat minn persuni fiżiċi u ġuridiċi - Ammissibbiltà - Appell manifestament infondat)
2010/C 11/14
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Complejo Agrícola, SA (rappreżentanti: A. Menéndez Menéndez u G. Yanguas Montero, abogados)
Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, (rappreżentanti: D. Recchia u A. Alcover San Pedro, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: F. Díez Moreno, aġent)
Suġġett
Appell ippreżentat mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2008, Complejo Agrícola, SA vs Il-Kummissjoni (T-345/06) li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament parzjali tal-Artikolu 1 u tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE, tad-19 ta’ Lulju 2006, li tistabbilixxi, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, il-lista tas-siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju (ĠU L 259, p. 1) sa fejn dawn jistabbilixxu s-sit imsejjaħ “Acebuchales de la Campiña Sur de Cádiz” li fih tinsab attività agrikola li r-rikorrent huwa l-propretarju tagħha, bħala sit ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Complejo Agrícola SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 313, 6.12.2008
Full & Egal Universal Law Academy