16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2009 — Calebus, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-421/08 P) (1)
(Appell - Protezzjoni tal-habitat naturali - Lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Rikors għal annullament ippreżentat minn persuni fiżiċi u ġuridiċi - Ammissibbiltà - Appell manifestament infondat)
2010/C 11/15
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Calebus, SA (rappreżentant: R. Bocanegra Sierra, avukat)
Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Recchis u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tal-14 ta’ Lulju 2008, Calebus vs Il-Kummissjoni (T-366/06), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE, tad-19 ta’ Lulju 2006, li tistabbilixxi, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, il-lista tas-siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju (ĠU L 259, p. 1), sa fejn hija tinnomina s-sit imsejjaħ “Ramblas de Gergal, Tabernas y Sur de Sierra Alhamilla” li fuqu tinsab art tal-appellanti, bħala sit ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud
(2)
Calebus SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 55, 7.03.2009
Full & Egal Universal Law Academy