22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Diċembru 2009 — Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-432/08 P) (1)
(“Appell - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Kopertura tal-ispejjeż mediċi - Ċaħda impliċita tat-talba intiża għar-rimbors sħiħ tal-ispejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrentt - Appell parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat”)
2010/C 134/15
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġent, A. dal Ferro, avvocato)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-296/05 u T-408/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament taż-żewġ deċiżjonijiet impliċiti tal-uffiċċju ta’ ħlasijiet tal-iskema komuni tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-Komunitajiet Ewropej, li jirrifjuta li jħallas lura 100 % ta’ ċerti spejjeż mediċi sostnuti mill-appellant kif ukoll talba sabiex tinkiseb il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas favur l-appellant tal-ammonti ta’ ċerti spejjeż mediċi.
Dispożittiv
(1)
L-Appell huwa miċħud.
(2)
M. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell.
(1) GU C 313, 06.12.2008.
Full & Egal Universal Law Academy