13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/18
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Novembru 2009 — Região autónoma dos Açores vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju ta’ Spanja, Seas at Risk VZW, li kienet Stichting Seas at Risk Federation, WWF — World Wide Fund for Nature, Stichting Greenpeace Council
(Kawża C-444/08 P) (1)
(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Regolament (KE) Nru 1954/2003 - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà - Entità reġjonali jew lokali - Atti li jikkonċernaw direttament u individwalment din l-entità - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u manifestament infondat)
2010/C 63/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Região autónoma dos Açores (rappreżentanti: M. Renouf u C. Bryant, Solicitors)
Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Monteiro u F. Florindo Gijón, aġenti), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: K. Banks, aġent), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent), Seas at Risk VZW, li kienet Stichting Seas at Risk Federation, WWF — World Wide Fund for Nature, Stichting Greenpeace Council
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2008, Região autónoma dos Açores vs Il-Kunsill (T-37/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inamissibbli rikors għal annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar l-immaniġġjar tal-isforz għas-sajd li jirrigwarda ċerti żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità u li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 685/95 u (KE) Nru 2027/95 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 6, p. 44) — Rekwiżit li tkun individwalment ikkonċernat mill-att ikkontestat
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ir-Região autónoma dos Açores huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) GU C 327, 20.12.2008
Full & Egal Universal Law Academy