22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Marzu 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Sicilia — l-Italja) — Buzzi Unicem SpA, ISAB Energy srl, Raffinerie Mediterranee SpA (ERG) (C-478/08), Dow Italia Divisione Commerciale Srl (C-479/08) vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero della Salute, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Infrastrutture, Ministero dei Trasporti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Regione Siciliana, Assessorato Regionale Territorio ed Ambiente (Sicilia), Assessorato Regionale Industria (Sicilia), Prefettura di Siracusa, Istituto Superiore di Sanità, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Agenzia Protezione Ambiente e Servizi Tecnici (APAT), Agenzia Regionale Protezione Ambiente (ARPA Sicilia), Istituto Centrale Ricerca Scientifica e Tecnologica Applicata al Mare, Subcommissario per la Bonifica dei Siti Contaminati, Provincia Regionale di Siracusa, Consorzio ASI Sicilia Orientale Zona Sud, Comune di Siracusa, Comune d’Augusta, Comune di Melilli, Comune di Priolo Gargallo, Azienda Unità Sanitaria Locale N8, Sviluppo Italia Aree Produttive SPA, Sviluppo Italia SpA, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico, Ministero della Salute, Regione siciliana, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti u Tutela Acque (Sicilia)
(Kawżi magħquda C-478/08 u C-479/08) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali - Applikabbiltà ratione temporis - Tniġġis li seħħ qabel id-data stabbilita għat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva u li tkompla wara din id-data - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timputa l-ispejjeż tar-rimedju għad-dannu marbuta ma’ dan it-tniġġis fuq diversi impriżi - Rekwiżit ta’ tort jew ta’ negliġenza - Rekwiżit ta’ rabta kawżali - Miżuri ta’ rimedju - Obbligu ta’ konsultazzjoni mal-impriżi kkonċernati - Anness II tal-imsemmija direttiva)
2010/C 134/16
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale della Sicilia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Buzzi Unicem SpA, ISAB Energy srl, Raffinerie Mediterranee SpA (ERG) (C-478/08), Dow Italia Divisione Commerciale Srl (C-479/08)
Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero della Salute, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Infrastrutture, Ministero dei Trasporti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Regione Siciliana, Assessorato Regionale Territorio ed Ambiente (Sicilia), Assessorato Regionale Industria (Sicilia), Prefettura di Siracusa, Istituto Superiore di Sanità, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Agenzia Protezione Ambiente e Servizi Tecnici (APAT), Agenzia Regionale Protezione Ambiente (ARPA Sicilia), Istituto Centrale Ricerca Scientifica e Tecnologica Applicata al Mare, Subcommissario per la Bonifica dei Siti Contaminati, Provincia Regionale di Siracusa, Consorzio ASI Sicilia Orientale Zona Sud, Comune di Siracusa, Comune d’Augusta, Comune di Melilli, Comune di Priolo Gargallo, Azienda Unità Sanitaria Locale N8, Sviluppo Italia Aree Produttive SPA, Sviluppo Italia SpA, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico, Ministero della Salute, Regione siciliana, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti u Tutela Acque (Sicilia)
fil-preżenza ta’: ENI Divisione Exploration and Production SpA, ENI SpA, Edison SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale della Sicilia — Interpretazzjoni tal-Artikolu 174 KE u tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8 p. 357) u tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-amministrazzjoni s-setgħa li tordna lill-impriżi privati jimplementaw miżuri ta’ rimedju, indipendentement minn jekk ikunx hemm investigazzjoni xierqa li tiddetermina r-responsabbiltà għat-tniġġis inkwistjoni
Dispożittiv
(1)
F’sitwazzjoni ta’ tniġġis ambjentali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali:
—
meta l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ratione temporis u/jew ratione materiæ tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, mhumiex sodisfatti, din is-sitwazzjoni taqa’ taħt id-dritt nazzjonali, fl-osservanza tar-regoli tat-Trattat u bla ħsara għal atti legali sekondarji oħra;
—
id-Direttiva 2004/35 ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtorità kompetenti, meta taġixxi fil-kuntest ta’ din id-diretttiva, li tippresupponi l-eżistenza ta’ rabta kawżali, anki fil-każ ta’ tniġġis ta’ natura mifruxa, bejn l-operaturi u t-tniġġis ikkonstatat, u dan minħabba l-prossimità tal-installazzjonijiet tagħhom maż-żona mniġġsa. Madankollu, skont il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, sabiex tiġi preżunta t-tali rabta kawżali, din l-awtorità għandha jkollha indizji plawżibbli li fuqhom tista’ tibbaża l-preżunzjoni tagħha, bħalma huma l-prossimità tal-installazzjoni tal-operatur mat-tniġġis ikkonstatat u l-korrispondenza bejn is-sustanzi li jniġġsu misjuba u l-komponenti użati mill-imsemmi operatur fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu;
—
l-Artikoli 3(1), 4(5) u 11(2) tad-Direttiva 2004/35 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta tiddeċiedi li timponi miżuri ta’ rimedju għal danni ambjentali fuq operaturi li l-attivitajiet tagħhom jaqgħu taħt l-Anness III ta’ din id-direttiva, l-awtorità kompetenti la hija marbuta li tistabbilixxi t-tort, la n-negliġenza u saħansitra lanqas id-dolo fi ħdan l-operaturi li l-attivitajiet tagħhom huma meqjusa bħala responsabbli għad-danni kkawżati lill-ambjent. Min-naħa l-oħra, din l-awtorità għandha, minn naħa, l-ewwel nett tfittex l-oriġini tat-tniġġis ikkonstatat u, f’dan ir-rigward, l-imsemmija awtorità għandha marġni ta’ diskrezzjoni f’dak li jikkonċerna l-proċeduri, il-mezzi li għandhom jintużaw u t-tul ta’ tali riċerka. Min-naħa l-oħra, din l-awtorità għandha tistabbilixxi, skont ir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-prova, rabta kawżali bejn l-attivitajiet tal-operaturi kkonċernati mill-miżuri ta’ rimedju u dan it-tniġġis;
—
sa fejn l-operaturi għandhom l-obbligu ta’ rimedju biss minħabba l-kontribuzzjoni tagħhom għat-tniġġis jew għar-riskju ta’ tniġġis, l-awtorità kompetenti għandha, bħala prinċipju, tistabbilixxi l-livell ta’ kontribuzzjoni ta’ kull wieħed minn dawn l-operaturi għat-tniġġis li għalih hija qed tipprova tirrimedja u tieħu inkunsiderazzjoni l-kontribuzzjoni rispettiva tagħhom fil-kalkolu tal-ispejjeż tal-azzjonijiet ta’ rimedju li din l-awtorità timponi fuq l-imsemmija operaturi, bla ħsara għall-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/35.
(2)
L-Artikoli 7 u 11(4) tad-Direttiva 2004/35, moqrija flimkien mal-Anness II tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
—
l-awtorità kompetenti għandha s-setgħa li tbiddel b’mod sostanzjali miżuri ta’ rimedji għad-danni ambjentali li jkunu ġew deċiżi wara proċedura kontradittorja li saret b’kooperazzjoni mal-operaturi kkonċernati u li diġà twettqu jew bdew jitwettqu. Madankollu, sabiex tadotta deċiżjoni bħal din:
—
din l-awtorità hija obbligata tisma’ lill-operaturi li fuqhom ġew imposti tali miżuri, ħlief meta l-urġenza tas-sitwazzjoni ambjentali titlob azzjoni immedjata tal-awtorità kompetenti;
—
l-imsemmija awtorità hija wkoll obbligata ssejjaħ il-persuni li tagħhom hija l-art li fuqha għandhom jitwettqu dawn il-miżuri sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, u li teħodhom inkunsiderazzjoni;
—
din l-awtorità għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-kriterji elenkati fil punt 1.3.1 tal-Anness II tad-Direttiva 2004/35 u tindika fid-deċiżjoni tagħha r-raġunijiet li jimmotivaw l-għażla tagħha kif ukoll, jekk ikun il każ, ir-raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw il-fatt li ma kellux għalfejn isir jew ma setax isir eżami ddettaljat fid-dawl tal-imsemmija kriterji minħabba, pereżempju, l-urġenza tas-sitwazzjoni ambjentali;
—
F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-Direttiva 2004/35 ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtorità kompetenti li tissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt li l-operaturi kkonċernati minn miżuri ta’ rimedju ambjentali għandhom li jużaw l-artijiet tagħhom għall-kundizzjoni li huma jwettqu x-xogħlijiet rikjesti minnha, u dan anki fil-każ fejn l-imsemmija artijiet ma jkunux affettwati minn dawn il-miżuri minħabba l-fatt li huma diġà kienu s-suġġett ta’ miżuri preċedenti ta’ risanament jew li qatt ma kienu mniġġsa. Madankollu, tali miżura għandha tkun iġġustifikata mill-għan li jiġi evitat li s-sitwazzjoni ambjentali tal-post fejn il-miżuri jiġu implementati tmur għall-agħar, jew, skont il-prinċipju ta’ prekawzjoni, mill-għan tal-prevenzjoni tal-okkorrenza jew ir-rikorrenza ta’ danni ambjentali oħra fl-imsemmija artijiet tal-operaturi, li jmissu mal kosta kollha tal-baħar li hija s-suġġett ta’ dawn il miżuri ta’ rimedju.
(1) ĠU C 19, 24.01.2009
Full & Egal Universal Law Academy