13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/18
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2009 — Matthias Rath vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Dr. Grandel GmbH
(Kawżi maqgħquda C-488/08 P u C-489/08 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade marks verbali Epican u Epican Forte - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja EPIGRAN - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Appelli manifestament inammissibbli)
2010/C 63/27
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Matthias Rath (rappreżentanti: S. Ziegler, C. Kleiner u F. Dehn, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Dr. Grandel GmbH
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru, Rath vs UASI u Grandel (T-373/06), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala manifestmanet infondat fil-liġi r-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Ottubru 2006, li tiċħad parzjalment ir-rikors kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li, billi laqgħet l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja preċedenti “EPIGRAN”, irrifjutat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “EPICAN FORTE” għal prodotti u servizzi fil-klassi 5 — Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks.
Dispożittiv
(1)
L-appelli huma miċħuda.
(2)
M. Rath huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 04.04.2009
Full & Egal Universal Law Academy