13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/19
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2009 — Prana Haus GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-494/08 P) (1)
(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali PRANAHAUS - Regolament (KE) Nru 40/94 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2010/C 63/28
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Prana Haus GmbH (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni) (rappreżentant: J. Weberndörfer, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla), tas-17 ta’ Settembru 2008, Prana Haus GmbH vs UASI (T-226/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ April 2007, li ċaħdet l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “PRANAHAUS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 35 — Karattru deskrittiv tat-trade mark
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Prana Haus GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 32, 07.02.2009
Full & Egal Universal Law Academy