7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/23
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Lulju 2009 — Fornaci Laterizi Danesi SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunatijiet Ewropej
(Kawża C-498/08 P) (1)
(Appell - Rikors għal annullament - Terminu għal preżentata ta’ rikors - Punt ta’ tluq - Inammissibbiltà minħabba tardività - Appell manifestament infondat)
2009/C 267/40
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: Fornaci Laterizi Danesi SpA (rappreżentant: M. Salvi, avukat)
Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunatijiet Ewropej (rappreżentanti: C. Zadra u D. Recchia, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2008, Fornaci Laterizi Danesi vs Il-Kummissjoni (T-224/08) — li permezz tiegħu l- Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/25/KEE, tat-13 ta’ Novembru 2007, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-ewwel elenku aġġornat ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Kontinentali (ĠU L 12, p. 383) safejn hija inkluża fl-imsemmi elenku, taħt ir-referenza IT20A0018, art li hija proprjetà tar-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Fornaci Laterizi Danesi SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 69, 21.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy