16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Settembru 2009 — Município de Gondomar vs Il-Kummissjoni tal-Komuniatjiet Ewropej
(Kawża C-501/08 P) (1)
(Appell - Fondi ta’ Koeżjoni - Regolament (KE) Nru 1164/94 - Revoka ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Atti li jikkonċernaw direttament u individwalment lill-appellant)
2010/C 11/17
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Appellant: Município de Gondomar (rappreżentanti: J.L. da Cruz Vilaça u L. Pinto Monteiro, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u B. Conte, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008, Município de Gondomar vs Il-Kummissjoni (T-324/06), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3782 tas-16 ta’ Awwissu 2006, dwar ir-revoka tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-proġett Nru 95/10/61/017 intitolat “Żvilupp ta’ Grand Porto Sud — Sottosistema ta’ Gondomar”.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Il-Município de Gondomar huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 19, 24.01.2009
Full & Egal Universal Law Academy