17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Diċembru 2009 — Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-513/08 P) (1)
(Appell - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Ċaħda espliċita tat-talba għar-rimbors għal 100 % ta’ xi spejjeż mediċi sostnuti mill-uffiċjal - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2010/C 100/16
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, aġent)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, C. Berardis-Kayser, aġenti, A. dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla), tad-9 ta’ Settembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-143/08), li permezz tiegħu il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-uffiċċju ta’ ħlasijiet tal-iskema komuni tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-Komunitajiet Ewropej li jirrifjutaw, minn naħa, il-ħlas lura 100 % ta’ ċerti spejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrent, u min-naħa l-oħra, ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ eżami mediku skont ir-regoli applikabbli fir-rigward ta’ konsultazzjonijiet ma’ tobba speċjalisti, kif ukoll talba intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas ċerti ammonti tal-ispejjeż mediċi.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell.
(1) ĠU C 32, 07.02.2009.
Full & Egal Universal Law Academy