28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/17
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ April 2010 — Makhteshim-Agan Holding BV, Alfa Agricultural Supplies SA, Aragonesas Agro, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Bayer CropScience AG, European Crop Protection Association (ECPA), Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-517/08 P) (1)
(Appell - Direttiva 91/414/KEE - Nuqqas ta’ inklużjoni tal-endosulfan fl-Anness I tal-imsemmija direttiva - Irtirar tal-awtoriazzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq - Appell manifestament infondat)
2010/C 234/24
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Makhteshim-Agan Holding BV, Alfa Agricultural Supplies SA, Aragonesas Agro SA (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)
Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Parpala u N.B. Rasmussen, aġenti), Bayer CropScience AG, European Crop Protection Association (ECPA) (rappreżentant: D. Waelbroeck, avukat), Ir-Renju ta’ Spanja
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2008, Bayer CropScience et vs Il-Kummissjoni (T-75/06), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/864/KE, tat-2 ta’ Diċembru 2005, dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-endosulfan fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva [notifikata bin-numru C(2005) 4611] (ĠU L 349 M, p. 647)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Makhteshim-Agan Holding BV, Alfa Agricultural Supplies SA u Aragonesas Agro SA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(3)
European Crop Protection Association (ECPA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 19, 24.01.2009
Full & Egal Universal Law Academy