18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/2
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia — L-Italja) — Maria Catena Rita Pignataro vs Ufficio Centrale Circoscrizionale c/o Tribunale di Catania, Ufficio Centrale Regionale per l’elezione del Presidente dell’Assemblea Regionale Siciliana c/o Corte d’Appello di Palermo, Assemblea Regionale Siciliana, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Ministero dell’Economia, Andrea Vitale, Antonino Di Guardo, Fabio M. Mancuso
(Kawża C-535/08) (1)
(Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-elezzjonijiet reġjonali - Rekwiżit ta’ residenza fir-reġjun ikkonċernat - Artikoli 17 KE u 18 KE - Drittijiet fundamentali - Nuqqas ta’ rabta mad-dritt Komunitarju - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2009/C 167/03
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria Catena Rita Pignataro
Konvenuti: Ufficio Centrale Circoscrizionale c/o Tribunale di Catania, Ufficio Centrale Regionale per l’elezione del Presidente dell’Assemblea Regionale Siciliana c/o Corte d’Appello di Palermo, Assemblea Regionale Siciliana, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Ministero dell’Economia, Andrea Vitale, Antonino Di Guardo, Fabio M. Mancuso
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6 UE, tal-Artikolu 3 tal-Ewwel Protokoll addizzjonali, tal-Artikolu 2 tar-Raba’ Protokoll addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 25 tal-Ftehim Internazzjonali tad-Drittijiet Ċivili u Politiċi — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17 u 18 KE — Kompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni reġjonali li tillimita d-dritt għall-elettorat passiv ta’ ċittadin Taljan abbażi ta’ rekwiżit ta’ residenza fir-reġjun.
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 17 KE u 18 KE ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fost il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal assemblea reġjonali, l-obbligu li persuna tirrisjedi fir-reġjun ikkonċernat meta hija tippreżenta l-kandidatura tagħha.
2)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, manifestament, m’għandiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għall-ewwel domanda magħmula mit-Tribunale amministrattivo regionale per la Sicilia.
(1) ĠU C 32, 07.02.2009
Full & Egal Universal Law Academy