16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Ottubru 2009 — Agrar-Invest-Tatschl GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-552/08 P) (1)
(Appell - Kodiċi Doganali - Artikolu 220(2)(b) - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Nuqqas ta’ dħul fil-kontijiet a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Avviż għall-importaturi - Bona fede)
2010/C 11/19
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Agrar-Invest-Tatschl GmbH (rappreżentant: O. Wenzlaff, Rechtsanwalt)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Schønberg, aġent, B. Wägenbaur, Rechtsanwalt)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla), tat-8 ta’ Ottubru 2008, Agrar-Invest-Tatschl vs Il-Kummissjoni (T-51/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5789 finali, tal-4 ta’ Diċembru 2006, li tiddeċiedi favur l-irkupru a posteriori ta’ parti mid-dazji fuq l-importazzjoni dovuti mill-appellanti għall-importazzjoni ta’ zokkor li ġej mill-Kroazja — Esklużjoni tal-bona fede tal-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa f’każ ta’ pubblikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ avviż lill-importaturi — Evalwazzjoni żbaljata tar-rilevanza li għandha l-konferma a posteriori tal-awtentiċità u tal-eżattezza taċ-ċertifikati ta’ oriġini mill-amministrazzjoni doganali tal-Istat ta’ esportazzjoni fuq il-kriterju tal-bona fede
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Agrar-Invest-Tatschl GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 55, 07.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy