27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2009 — Powerserv Personalservice GmbH, li kienet Manpower Personalservice GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Manpower Inc.
(Kawża C-553/08 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikoli 7(1)(ċ), u 51(1) u (2) - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Appell inċidentali - Trade mark Komunitarja verbali MANPOWER - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu)
2010/C 51/22
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Powerserv Personalservice GmbH, li kienet Manpower Personalservice GmbH (rappreżentant: B. Kuchar, avukat)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Manpower Inc. (rappreżentanti: A. Bryson, barrister u V. Marsland, solicitor)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2008, Powerserv Personalservice vs UASI u Manpower (T-405/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-22 ta’ Lulju 2005, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fir-rigward tat-trade mark verbali Komunitarja “MANPOWER” għal prodotti fil-klassijiet 9, 16, 35, 41 u 42 — Evalwazzjoni żbaljata tal-karattru distintiv tat-trade mark — Nuqqas li jerġgħu jiġu evalwati, wara l-estensjoni tal-pubbliku rilevanti fil-konfront tad-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell, il-provi dwar il-kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu.
Dispożittiv
(1)
L-appell prinċipali ppreżentat minn Powerserv Personalservice GmbH huwa miċħud.
(2)
L-appell inċidentali ppreżentat minn Manpower Inc. huwa miċħud.
(3)
Powerserv Personalservice GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 69, 21.03.2009
Full & Egal Universal Law Academy