12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/6
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Settembru 2010 — Deepak Rajani (Dear!Net Online) vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Artoz-Papier AG
(Kawża C-559/08 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali ATOZ - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark internazzjonali verbali ARTOZ - Reġistrazzjoni rrifjutata)
2011/C 80/10
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Deepak Rajani (rappreżentant: A. Kockläuner, avukat)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Artoz-Papier AG
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla), tas-26 ta’ Novembru 2008, Rajani vs UASI — Artoz-Papier (ATOZ) (T-100/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali ATOZ, għal servizzi fil-klassijiet 35 u 41, kontra d-Deċiżjoni R 1126/2004-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-11 ta’ Jannar 2006, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks verbali internazzjonali “ARTOZ”, għal servizzi fil-klassijiet 35 u 41
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
D. Rajani huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 04.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy