29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 2 de Granada — Spanja) — Carlos Sáez Sánchez, Patricia Rueda Vargas vs Junta de Andalucía, Manuel Jalón Morente et
(Kawża C-563/08) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Saħħa pubblika - Spiżeriji - Prossimità - Provvista ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni - Awtorizzazzjoni għall-użu - Tqassim territorjali tal-ispiżeriji - Limiti stabbiliti abbażi ta’ kriterju tad-densità demografika - Distanza minima bejn l-ispiżeriji)
2011/C 30/16
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 2 de Granada
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Carlos Sáez Sánchez, Patricia Rueda Vargas
Konvenuti: Junta de Andalucía, Manuel Jalón Morente et
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 2 de Granada — Interpretazzjoni tal-Artikolu 43 KE — Leġiżlazzjoni li tipprovdi l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti għall-ftuħ ta’ spiżeriji ġodda — Limiti skont in-numru ta’ abitanti u l-ħtieġa li tinżamm distanza minima bejn l-ispiżeriji
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li bħala regola ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi limiti għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ stabbiliment ta’ spiżeriji ġodda, li tipprovdi li:
—
f’kull żona farmaċewtika, bħala prinċipju, għal kull 2 800 abitant, tista’ tinħoloq biss spiżerija waħda;
—
spiżerija addizzjonali tista’ tinfetaħ biss jekk jinqabeż dan il-limitu, u għal kull frazzjoni ta’ iktar minn 2 000 abitant, u
—
kull spiżerija għandha tosserva distanza minima fir-rigward tal-ispiżeriji li jeżistu diġà, fejn din id-distanza bħala regola hija ta’ 250 metru.
Madankollu, l-Artikolu 49 TFUE jipprekludi tali leġiżlazzjoni nazzjonali sa fejn ir-regoli bażiċi ta’ 2 800 abitant jew ta’ 250 metru jipprevjenu, f’kull żona ġeografika b’karatteristiċi demografiċi partikolari, il-ftuħ ta’ numru biżżejjed ta’ spiżeriji li jistgħu jiżguraw servizz farmaċewtiku adegwat, ħaġa li l-qorti nazzjonali għandha tivverifika.
(1) ĠU C 69, 21.03.2009
Full & Egal Universal Law Academy