17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Jannar 2010 — Messer Group GmbH vs Air Products and Chemicals Inc., L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-579/08 P) (1)
(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade marks verbali Ferromix, Inomix u Alumix - Trade marks preċedenti FERROMAXX, INOMAXX u ALUMAX - Oppożizzjoni tal-proprjetarju - Pubbliku rilevanti - Livell ta’ xebh - Karattru distintiv dgħajjef tat-trade mark preċedenti - Probbabiltà ta’ konfużjoni)
2010/C 100/18
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Messer Group GmbH (rappreżentanti: W. Graf v. Schwerin u J. Schmidt, avukat)
Konvenuti: Air Products and Chemicals Inc. (rappreżentant: S. Heurung, avukat), L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2008, Air Products and Chemicals vs UASI (T-305/06 sa 307/06) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI), tat-12 ta’ Settembru 2006, li jiċħdu l-appelli ppreżentati mill-proprjetarju tat-trade marks verbali Komunitarji “FERROMAXX”, “INOMAXX” u “ALUMAXX” għal prodotti fil-klassi 1 kontra d-deċiżjoni ta’ annullament li tiċħad parzjalment l-oppożizzjoni magħmula kontra l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali “FERROMIX”, “INOMIX” u “ALUMIX” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 4.
Dispożittiv
(1)
L-appell fil-kawża prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda.
(2)
Messer Group GmbH hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuta minn Air Products and Chemicals Inc.
(3)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 55, 07.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy