16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/2
Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-30 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Opinjoni 1/08) (1)
(Opinjoni mogħtija fuq il-bażi tal-Artikolu 300(6) KE - Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) - Skedi ta’ rabtiet speċifiċi - Konklużjoni ta’ ftehim dwar l-aġġustamenti kumpensatorji li għandhom jiġu pprovduti fid-dawl tal-modifika u l-irtirar ta’ ċerti rabtiet wara l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea - Kompetenza kondiviża - Bażijiet legali - Politika kummerċjali komuni - Politika komuni tat-trasport)
2011/C 211/02
Lingwa tal-kawża: il-lingwi kollha
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
Talba għal opinjoni — Organizzazzjoni dinjija tal-kummerċ (WTO) — Ftehim ġenerali dwar il-kummerċ fis-servizzi (GATS) — Skedi ta’ rabtiet speċifiċi dwar il-ftuħ tas-swieq u l-għoti ta’ trattament nazzjonali — Ftehim dwar l-emenda u l-irtirar ta’ rabtiet speċifiċi wara l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq l-għoti ta’ kumpens bħala aġġustament favur il-membri tad-WTO effettwati minn din l-emenda u l-irtirar — Natura tal-kompetenza (esklużiva jew kondiviża) tal-Komunità sabiex tikkonkludi ftehim bħal dawn u bażijiet legali xierqa — Kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tal-politika kummerċjali komuni u tal-politika komuni ta’ trasport
Dispożittiv
(1)
Il-konklużjoni ta’ ftehim mal-Membri affettwati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fis-sens tal-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), kif deskritti f’din it-talba għal opinjoni, taqa’ taħt il-kompetenza kondiviża tal-Komunità u tal-Istati Membri.
(2)
L-att Komunitarju li jikkonkludi dawn il-ftehim għandu jkun ibbażat kemm fuq l-Artikolu 133(1) u (5) KE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 133(6) KE kif ukoll fuq l-Artikoli 71 KE u 80(2) KE, moqrija flimkien mal-Artikolu 300(2) KE u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) KE.
(1) ĠU C 183, 19.7.2008
Full & Egal Universal Law Academy