Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 – Sunplus Technology vs UASI
(Kawża C‑21/08 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Trade mark figurattiva u verbali SUNPLUS – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali SUN – Reġistrazzjoni rrifjutata”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja -Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 37-39)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tal-15 ta’ Novembru 2007, Sunplus Technology Co. Ltd vs UASI (T‑38/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors ippreżentat mill-applikant għat-trade mark figurattiva “SUNPLUS”, għal prodotti fil-klassi 9, kontra d-Deċiżjoni R 642/2000-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-7 ta’ Ottubru 2003, li ċaħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li rrifjutat ir-reġistrazzjoni ta’ din it-trade mark fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali figurattivi u verbali “SUN” għal prodotti fil-klassi 9 – Xebh bejn it-trade marks – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol 1, p. 146).
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Sunplus Technologoy Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy