Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2008 – Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C‑41/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttivi 86/378/KEE u 96/97/KE – Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa – Traspożizzjoni inkompleta”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill tal-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-implementazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għal irġiel u nisa fi skemi tax-xogħol ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 225, p. 40) kif ukoll tad-Direttiva tal-Kunsill 96/97/KE tal-20 ta’ Diċembru 1996 li temenda d-Direttiva 86/378/KEE dwar l-implementazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa fi skemi tax-xogħol tas-sigurtà soċjali (ĠU L 46, p. 20).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttivi tal-Kunsill 86/378/KEE, tal-24 ta’ Lulju 1986, dwar l-implementazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għal irġiel u nisa fi skemi tax-xogħol ta’ sigurtà soċjali, u 96/97/KE, tal-20 ta’ Diċembru 1996, li temenda d-Direttiva 86/378/KEE, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-direttivi u taħt l-Artikolu 54 tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja, u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea.
2)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy