Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2008 – Gateway vs UASI
(Kawża C-57/08 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) u (5) – Trade marks preċedenti li jinkludu s-sinjal verbali ‘GATEWAY’ – Sinjal verbali ‘ACTIVY Media Gateway’ – Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti matul l-evalwazzjoni globali tas-sinjali kunfliġġenti”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 51-54)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tas-27 ta’ Novembru 2007, fil-kawża T-434/05, Gateway, Inc. vs UASI, li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi, Komunitarji u nazzjonali li fihom l-element verbali “GATEWAY” għal prodotti fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 37 u 38 kontra d-deċiżjoni R 1068/2004-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-14 ta’ Settembru 2005, li tiċħad l-appell ippreżentat mir-rikorrenti mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta l-oppożizzjoni magħmula mir-rikorrenti kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “ACTIVY Media Gateway” għal prodotti fil-klassijiet 9, 35, 38 u 42.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Gateway Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy