Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2008 – Il‑Kummissjoni vs Il-Lussemburgu
(Kawża C‑70/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/72/KE – Statut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea – Involviment tal-ħaddiema fil-proċess tat-teħid tad‑deċiżjonijiet tas-soċjetà – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu stabbilit”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal‑Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl‑iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 8)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit‑terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva tal Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003, li tissupplimenta l‑Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal‑impjegati (ĠU L 207, p. 25).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003, li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 16(1) ta’ din id-direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy