Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Settembru 2008 – Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C‑87/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/73/KE – Miżuri li jimplementaw id-Direttiva 2004/39/KE – Rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijet ta’ ħidma tal-kumpanniji tal-investiment – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Evalwazzjoni tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jittrasponi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE, tal-10 ta’ Awwissu 2006, li timplementa d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijet ta’ ħidma tal-kumpanniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, p. 26).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE, tal-10 ta’ Awwissu 2006, li timplementa d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijet ta’ ħidma tal-kumpanniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta’ dik id-Direttiva, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 53(1) ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy