Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Novembru 2008 – Il‑Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C‑94/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Karigi ta’ kaptan u tal-ewwel uffiċjal – Klawżola ta’ nazzjonalità”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 19)
2. Stati Membri - Obbligi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna - Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 21)
3. Moviment liberu tal-persuni - Ħaddiema - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-karigi ta’ kaptan u tal-ewwel uffiċjal fuq il-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, minbarra l-bastimenti merkantili ta’ tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 100 tunellata, li jittrasportaw merkanzija jew inqas minn 100 passiġġier, għaċ-ċittadini nazzjonali (Artikolu 39 KE) (ara l-punt 23 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Arikolu 39 KE - Rekwiżit tan-nazzjonalità Spanjola biex tiġi eżerċitata l-kariga ta’ kaptan u tal-ewwel uffiċjal fuq ċerti bastimenti li jtajru l-bandiera Spanjola - Inkompatibbiltà mad-dritt Komunitarju.
Dispożittiv
1)
Billi fil-leġiżlazzjoni tiegħu żamm fis-seħħ ir-rekwiżit tan-nazzjonalità Spanjola sabiex jiġu eżerċitati l-karigi ta’ kaptan u tal-ewwel uffiċjal fuq il-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera Spanjola minbarra l-bastimenti merkantili ta’ tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 100 tunellata, li jittrasportaw merkanzija jew inqas minn 100 passiġġier, li joperaw esklużivament bejn portijiet jew punti li jinsabu f’żoni li fihom ir-Renju ta’ Spanja jeżerċita s-sovranità tiegħu, drittijiet sovrani jew il-ġurisdizzjoni tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari taħt l-Artikolu 39 KE.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy