Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2008 – Il-Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C‑113/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/49/KE – Impriżi ta’ investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu – Suffiċjenza tal-kapital – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit‑terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal‑Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl‑iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 20)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il‑liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar is-suffiċjenza tal-kapital tal-impriżi ta’ investiment u tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni) (ĠU L 177, p. 201).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva 2006/49/KE tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar is-suffiċjenza tal-kapital tal-impriżi ta’ investiment u tal‑istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni), u, b’mod partikolari, mal‑Artikoli 17, 22 sa 25, 30, 33, 35, 40, 41, 43, 44 u 50 tagħha, kif ukoll mal-Annessi I, II u VII tagħha, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l‑obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy