Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il-Finlandja
(Kawża C‑144/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 83/182/KEE – Eżenzjonijiet mit‑taxxa – Importazzjoni temporanja ta’ vetturi – Residenza normali”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal‑Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 29)
2. Atti tal-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri -Insuffiċjenza ta’ sempliċi prassi amministrattivi (it-tielet paragrafu tal‑Artikolu 249 KE) (ara l-punt 32)
3. Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Eżenzjonijiet mit-taxxa fuq mezzi ta’ trasport temporanjament importati (Direttiva tal-Kunsill 83/182, Artikolu 7(1)) (ara l-punt 35)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal‑Kunsill 83/182/KEE, tat-28 ta’ Marzu 1983, dwar eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l‑Komunità għal ċerti mezzi ta’ trasport temporanjament importati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 112) - Definizzjoni inkompleta tal-kunċett ta’ residenza normali għall-finijiet tad‑determinazzjoni tad-dritt eventwali għall-eżenzjoni mit-taxxa
Dispożittiv
1)
Billi applikat definizzjoni inkompleta tal-kunċett ta’ residenza normali għall‑finijiet tad-determinazzjoni tad-dritt eventwali għall-eżenzjoni mit‑taxxa fil-każ tal‑importazzjoni temporanja ta’ vetturi, ir-Repubblika tal‑Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 7(1) tad‑Direttiva tal-Kunsill 83/182/KEE, tat-28 ta’ Marzu 1983, dwar eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l‑Komunità għal ċerti mezzi ta’ trasport temporanjament importati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor.
2)
Ir-Repubblika tal-Finlandja hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy