Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It‑Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu
(Kawża C‑184/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Regolament (KE) Nru 648/2004 – Artikolu 18 – Suq tad-diterġenti u tas-surfactants għal diterġenti – Sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 8)
2. Stati Membri - Obbligi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni (Artikolu 226 KE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 648/2004, Artikolu 17(4) u 18) (ara l-punt 10)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, is-sanzjonijiet dissważivi, effettivi u proporzjonati li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar diterġenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol 34, p. 48).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, sanzjonijiet skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar diterġenti, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dan l-artikolu.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy