Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2008 – Il‑Kummissjoni vs Il-Lussemburgu
(Kawża C‑223/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/100/KE – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 7)
2. Moviment liberu tal-persuni - Adattament tal-liġi sekondarja minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija - Direttiva 2006/100 (Artikolu 226 KE; Direttiva tal-Kunsill 2006/10) (ara l-punti 6-10)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija (ĠU L 363, p. 141).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy