Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Frar 2009 – Il‑Kummissjoni vs Franza
(Kawża C‑224/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/100/KE – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-libertà ta’ moviment ta’ persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, 335M, p. 555-721).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta’ Novembru 2006, li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-libertà ta’ moviment ta’ persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy