Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C‑232/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Regolament (KE) Nru 850/1998 – Artikolu 29(2) – Restrizzjonijiet applikabbli għas-sajd għall-barbun tat-tbajja – Saħħa massima tal‑magna tal-bastimenti tas-sajd – Regolament (KEE) Nru 2847/93 – Artikolu 2(1) – Regolament (KE) Nru 2371/2002 – Artikolu 23 – Implementazzjoni tal-kontroll u tal-eżekuzzjoni tar-regoli”
Sajd – Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar – Miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni – Restrizzjonijiet applikabbli għas-sajd tal-barbun tat-tbajja (Regolamenti tal‑Kunsill Nru 2847/93, Artikolu 2(1), Nru 850/98, Artikolu 29(2), u Nru 2371/2002, Artikolu 23) (ara l-punti 41-54)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 850/98, tat-30 ta’ Marzu 1998, dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar, tal-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, tal-20 ta’ Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas‑sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd, u tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni – Sajd għall-barbun tat-tbajja – Spezzjoni u kontroll tal-bastimenti tas-sajd u tal-attivitajiet tagħhom – Responsabbiltà tal-Istati Membri.
Dispożittiv
1)
Billi ppermetta li xi bastimenti tas-sajd ikollhom saħħa tal-magna iktar minn dik awtorizzata mill-Artikolu 29(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, tat-30 ta’ Marzu 1998, dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal‑baħar, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/2005, tal‑20 ta’ Diċembru 2005, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l‑obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, tal-20 ta’ Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd, u l‑Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd Komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005, tas-26 ta’ April 2005.
2)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy