Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Belġju
(Kawża C‑239/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/100/KE – Moviment liberu tal-persuni – Adattament ta’ ċerti direttivi minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
2. Moviment liberu tal-persuni - Adattament tad-dritt sekondarju minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija - Direttiva 2006/100 (Artikolu 226 KE; Direttiva tal-Kunsill 2006/100, Artikolu 2) (ara l-punti 8-11)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 363, p. 141).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy