Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall
(Kawża C‑245/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Moviment liberu tal-persuni – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Dritt ta’ stabbiliment – Adattamenti konsekuttivi għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)
2. Moviment liberu tal-persuni - Adattament tal-leġiżlazzjoni sekondarja minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija - Direttiva 2006/100 (Artikolu 226 KE; Direttiva tal-Kunsill 2006/100) (ara l-punti 9-12 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-libertà ta’ moviment ta’ persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 335M, p. 555).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-libertà ta’ moviment ta’ persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy