Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja
(Kawża C‑248/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Regolament (KE) Nru 1774/2002 – Artikoli 4(2)(a) u (ċ), 5(2)(ċ), 6(2)(b), 10 sa 15, 17, 18 u 26 – Prodotti sekondarji tal-annimali – Skart – Dfin mingħajr trattament minn qabel – Nuqqas ta’ kontrolli uffiċjali – Installazzjonijiet li jiżguraw is-sigurtà tal-ġestjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali – Operat – Nuqqas ta’ approvazzjoni – Inċinerazzjoni tal-materjal b’riskji speċifikati – Nuqqas ta’ proċessi adegwati”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Rikors kontra prassi amministrattiva li tmur kontra d-dritt Komunitarju – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Artikoli 10 KE, 211 KE u 226 KE) (ara l-punti 21, 22, 26‑28, 58)
2. Ħarsien tas-saħħa pubblika – Regoli sanitarji applikabbli għall-prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman – Obbligu tal-Istati Membri li jkollhom infrastrutturi adatti u li jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ dawn ir-regoli – Obbligu ta’ riżultat (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1774/2002, Artikoli 4(2)(a) u (ċ), 5(2)(ċ), 6(2)(b), 10 sa 15, 17, 18 u 26) (ara l‑punti 34‑37, 48, 49, 56‑59, 66, 68)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 4(2), 5(2), 10 sa 15, 17, 18 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑3 ta’ Ottubru 2002, li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 37, p. 92) - Dfin ta’ prodotti sekondarji tal‑annimali mingħajr trattament minn qabel - Nuqqas ta’ kontrolli uffiċjali.
Dispożittiv
1)
Billi ma applikatx u ma infurzatx korrettament ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ Ottubru 2002, li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal‑annimali mhux maħsuba għall-konsum uman, f’dak li jirrigwarda dfin fil‑miżbliet mingħajr ipproċessar minn qabel, nuqqas ta’ kontrolli uffiċjali, approvazzjoni tal-installazzjonijiet inkarigati mill-ġestjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali u inċinerazzjoni tal-materjal ta’ riskju speċifikat, ir‑Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l‑Artikoli 4(2)(a) u (ċ), 5(2)(ċ), 6(2)(b), 10 sa 15, 17, 18 u 26 tar-Regolament Nru 1774/2002.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy