Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Jannar 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il-Greċja
(Kawża C‑259/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 79/409/KEE – Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi – Preservazzjoni u manutenzjoni tal-habitats – Klassifikazzjoni ta’ żoni specjali ta’ protezzjoni – Projbizzjoni tal-kaċċa u tal-qabda – Traspożizzjoni inkorretta”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jittrasponi l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98) – Traspożizzjoni inkorretta tal-Artikoli 3(2), 4(1), 5 u 8(1) tal-imsemmija direttiva.
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tittrasponi b’mod komplet u/jew korrett l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 3(1) u (2), 4(1), 5 u 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-dispożizzjonijiet.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy