Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Mejju 2009 – Il‑Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C‑266/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/81/KE – Dritt ta’ residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti – Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta – Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni”
1. Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni tad-direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna - Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 11)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 14-16)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 69).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti, u billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li suppost jikkontribwixxu sabiex tiġi żgurata tali konformità, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy