Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Il‑Ħames Awla) tal‑10 ta’ Settembru 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja
(Kawża C‑286/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttivi 2006/12/KE u 91/689/KEE – Skart perikoluż – Obbligu li jitfassal u jiġi adottat pjan għall‑immaniġġar tal-iskart perikoluż – Obbligu li jiġi stabbilit netwerk integrat u adegwat ta’ impjanti għar-rimi ta’ skart perikoluż – Direttiva 1999/31/KE – Rimi ta’ skart f’landfill – Rimi ta’ skart perikoluż”
1. Ambjent - Skart perikoluż – Direttivi 91/689 u 2006/12 (Direttiva tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/12, Artikoli 7 u 9; Direttiva tal‑Kunsill 91/689, Artikolu 6(1)) (ara l-punti 43, 47)
2. Ambjent - Skart – Direttiva 2006/12 (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/12, Artikoli 4 u 5) (ara l-punti 57, 58, 72-74, 76)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 1(2) u 6 tad-Direttiva tal‑Kunsill 91/689/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, fuq skart perikoluż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 78), u tal-Artikoli 5(1) u (2), 7(2), 4 u 8 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑5 ta’ April 2006, dwar l-iskart (ĠU L 114, p. 9), [li kienet id-Direttiva tal‑Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, kif emendata bid-Direttiva tal‑Kunsill 91/156/KEE, tat-8 ta’ Marzu 1991] - Ksur tal-Artikoli 3(1), 6 sa 9, 13 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [f’landfill] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol 4, p. 228) - Nuqqas milli jitfassal pjan għall-immaniġġar tal-iskart perikoluż inkonformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u milli jiġi stabbilit netwerk integrat u adegwat ta’ impjanti għar-rimi ta’ skart perikoluż - Nuqqas milli jitwettqu l-obbligi fir-rigward tal-immaniġġar u tar-rimi f’landfill tal-iskart.
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Ellenika,
– billi ma fasslitx u ma adottatx, f’terminu raġonevoli, pjan għall-immaniġġar tal-iskart perikoluż inkonformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli u billi ma stabbilixxietx netwerk integrat u adegwat ta’ impjanti għar-rimi ta’ skart perikoluż, ikkaratterizzat mill-użu tal-iktar metodi xierqa sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa pubblika,
– billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tiżgura, fir-rigward tal‑immaniġġar tal-iskart perikoluż, l-osservanza tal-Artikoli 4 u 8 tad‑Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑5 ta’ April 2006, dwar l-iskart, kif ukoll tal-Artikoli 3(1), 6 sa 9, 13 u 14 tad‑Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [f’landfill],
naqset milli twettaq l-obbligi tagħha, fl-ewwel lok, taħt l-Artikoli 1(2) u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, fuq skart perikoluż, moqrija flimkien mal-Artikoli 5(1) u (2), kif ukoll mal‑Artikolu 7(1), tad-Direttiva 2006/12, fit-tieni lok, taħt l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/689, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva 2006/12, kif ukoll, fit-tielet lok, taħt l-Artikoli 3(1), 6 sa 9, 13 u 14 tad-Direttiva 1999/31.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy