Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu
(Kawża C‑289/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 96/82/KE – Artikolu 11(1)(ċ) – Pjanijiet ta’ emerġenza esterni – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal‑Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl‑iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 7)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas ta’ tfassil ta’ pjanijiet ta’ emerġenza esterni għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra mill-istabbilimenti li jaqgħu taħt l‑Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il‑kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 2, p. 410)
Dispożittiv
1)
Billi ma fassalx, fit-terminu previst, pjan ta’ emerġenza esterna għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 9 tad‑Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il‑kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, il‑Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l‑Artikolu 11(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy