Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2008 – Il‑Kummissjoni vs Il-Finlandja
(Kawża C‑328/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/35/KE – Responsabbiltà ambjentali – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni tad-direttivi - Nuqqas mhux ikkontestat (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 9, 10)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, p. 56).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika tal-Finlandja hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy