Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 – Transport Schiocchet-Excursions vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑335/08 P)
“Appell – Rikors għad-danni – Regolamenti (KEE) Nri 517/72 u 684/92 – Trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank – Kundizzjonijiet għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità – Terminu ta’ preskrizzjoni”
1. Rikors għad-danni - Terminu ta’ preskrizzjoni - Interruzzjoni (Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46) (ara l-punti 30, 31)
2. Rikors għad-danni - Terminu ta’ preskrizzjoni - Bidu ta’ dekorrenza -Responsabbiltà għal att regolamentari (Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46) (ara l-punti 32-35)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla), tad-19 ta’ Mejju 2008, Transport Schiocchet vs Il-Kummissjoni (T-220/07), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli, minħabba preskrizzjoni, ir-rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali ppreżentat mill-appellanti u intiż sabiex jikseb kumpens għad-dannu li hija sofriet minħabba diversi illegalitajiet allegatament imwettqa mill-istituzzjonijiet Komunitarji – Kundizzjonijiet għall-preżentata ta’ rikors għad-danni – Kunċetti ta’ servizz regolari u ta’ servizz regolari speċjali fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 517/72, tat-28 ta’ Frar 1972, dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għas-servizzi regolari u s-servizzi regolari speċjali mwettqa bil-coach u bix-xarabank bejn l-Istati Membri (ĠU L 67, p. 19), imħassar u ssostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92, tas-16 ta’ Marzu 1992, dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 306).
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Transports Schiocchet – Excursions SARL hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy