Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il-Belġju
(Kawża C‑342/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 96/82/KE – Artikolu 11(1)(ċ) – Nuqqas ta’ tfassil ta’ pjanijiet ta’ emerġenza esterni – Traspożizzjoni inkompleta”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 12)
2. Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni ta’ direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema legali interna - Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 13)
3. Atti tal-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tad-direttivi (Artikolu 249 KE) (ara l‑punt 16)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas ta’ tfassil ta’ pjanijiet ta’ emerġenza esterni għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra mill-istabbilimenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 2, p. 410).
Dispożittiv
1)
Billi ma żgurax it-tfassil ta’ pjan ta’ emerġenza esterna għall-istabbilimenti kollha msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2003, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy