Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ April 2009 – Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija
(Kawża C‑401/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 96/82/KE – Perikoli ta’ inċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi – Artikolu 11(1)(ċ) – Ttfassil ta’ ċerti pjanijiet ta’ emerġenza esterni għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 17)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 11(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 410) - Nuqqas ta’ tfassil ta’ ċerti pjanijiet ta’ emerġenza esterni għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti.
Dispożittiv
1)
Peress li ma żguratx it-tfassil ta’ pjan ta’ emerġenza estern għall-istabbilimenti kollha suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2003, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy