Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Mejju 2009 – Il‑Kummissjoni vs Franza
(Kawża C‑443/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 1999/13/KE – Limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku – Nuqqas ta’ traspożizzjoni tal-kunċetti ta’ ‘stallazzjoni żgħira’ u ta’ ‘tibdil sostanzjali’”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 22)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni b’mod korrett tal-Artikolu 2(3) u (4), kif ukoll tal-Artikolu 4(4), tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE, tal-11 ta’ Marzu 1999, dwar il-limitazzjoni [tal-emissjonijiet] ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiku f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 118) - Kunċetti ta’ “stallazzjoni żgħira” u ta’ “tibdil sostanzjali”.
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni b’mod korrett tal-Artikolu 2(3) u (4), kif ukoll tal-Artikolu 4(4), tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE, tal-11 ta’ Marzu 1999, dwar il-limitazzjoni [tal-emissjonijiet] ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiku f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy