Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2009 – Il-Kummissjoni vs L-Irlanda
(Kawża C-455/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE – Kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet – Proċedura ta’ reviżjoni ta’ deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt – Garanzija ta’ reviżjoni effettiva – Terminu minimu li għandu jiġi osservat bejn in-notifika tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt lill-offerenti li ma ntgħażlux u l-firma tal-kuntratt ikkonċernat”
1. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet – Direttivi 89/665 u 92/13 – Obbligu għall-Istati Membri li jipprovdu għal proċedura ta’ reviżjoni tad-deċiżjonijiet ta’ attribuzzjoni ta’ kuntratti (Direttivi tal-Kunsill 89/665, kif emendata bid-Direttiva 92/50, Articoli 1(1) u 2(1), u 92/13, Articoli 1(1) u 2(1)) (ara l-punti 26-29, 42)
2. Stati Membri – Obbligi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Żamma ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali inkompatibbli mad-dritt Komunitarju (ara l-punt 38)
3. Domandi preliminari – Interpretazzjoni – Effetti fiż-żmien tas-sentenzi ta’ interpretazzjoni – Effett retroattiv (Artikolu 234 KE) (ara l-punt 39)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 1(1) u 2(2) tad-Direttiva tal‑Kunsill, 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir‑regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal‑proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246) – Ksur tal-Artikoli 1(1) u 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l‑liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall‑applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il‑proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it‑trasport u t‑telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315) – Obbligu li tiġi prevista, fid‑dritt nazzjonali, proċedura ta’ reviżjoni effettiva u malajr kemm jista’ jkun li tippermetti lil offerent li ma ntgħażilx jikseb l‑annullament tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt – Termini ta’ reviżjoni.
Dispożittiv
1)
Billi adottat l-Artikoli 49 tal-iStatutory Instrument Nru 329 tal-2006 u 51 tal‑iStatutory Instrument Nru 50 tal-2007, l-Irlanda stabbiliet ir-regoli li jirregolaw in-notifika għal offerti tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet u entitajiet kontraenti u r-raġunijiet tagħhom lill-offerenti, b’tali mod li, sakemm l-offerenti jiġu informati b’mod sħiħ dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta tagħhom, il-perijodu ta’ sospensjoni tal-konklużjoni tal-kuntratt jista’ jkun diġà skada, u, għalhekk, dan l-Istat Membru naqas milli jwettaq l‑obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 1(1) u 2(1) tad-Direttiva tal‑Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il‑koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l‑applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall‑għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet], u l-Artikoli 1(1) u 2(1) tad‑Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l‑liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall‑applikazzjoni tar‑regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t‑telekomunikazzjoni
2)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy