Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Is‑Seba’ Awla) tat‑3 ta’ Settembru 2009 – Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit
(Kawża C‑457/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/14/KE – Assigurazzjoni għar‑responsabbiltà ċivili – Vetturi bil-mutur – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit‑terminu previst”
1. Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni ta’ direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna - Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal‑Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑11 ta’ Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d‑Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l‑assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil‑mutur (ĠU L 149, p. 14).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑11 ta’ Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l‑Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall‑ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy