Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It‑Tmien Awla) tat‑3 ta’ Settembru 2009 – Il‑Kummissjoni vs L‑Estonja
(Kawża C‑464/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/65/KE – Politika tat-trasport – Sigurtà tal-faċilitajiet portwali – Nuqqas ta’ traspożizzoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal‑Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl‑iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑26 ta’ Ottubru 2005, dwar it-titjib tas‑sigurtà fil-portijiet (ĠU L 310, p. 28).
Dispożittiv
1) Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑26 ta’ Ottubru 2005, dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet, ir-Repubblika tal-Estonja naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2) Ir-Repubblika tal-Estonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy