Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju
(Kawża C‑474/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 23(2) u (5) tad-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku – Kompetenzi tal-awtorità regolatorja fil-qasam tal-elettriku”
1. Approssimazzjoni tal-liġijiet - Miżuri intiżi għall-istabbiliment u għall-funzjonament tas-suq intern tal-elettriku - Direttiva 2003/54 (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/54, Artikolu 23(5)) (ara l-punt 23)
2. Approssimazzjoni tal-liġijiet - Miżuri intiżi għall-istabbiliment u għall-funzjonament tas-suq intern tal-elettriku - Direttiva 2003/54 (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/54, Artikolu 23(2)(a)) (ara l-punt 31)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 23(2) u (5) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211) - Kompetenzi tal-awtorità regolatorja fil-qasam tal-elettriku.
Dispożittiv
1)
Ir-Renju tal-Belġju,
-
billi ma pprovdiex li każijiet ta’ rifjut ta’ aċċess għan-netwerk ta’ distribuzzjoni jew ta’ trażmissjoni tal-elettriku jistgħu jiġu sottomessi lill-awtorità regolatorja li għandha tiddeċiedi permezz ta’ deċiżjoni vinkolanti fi żmien xahrejn, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(5) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE, u
-
billi attribwixxa lil awtorità, li mhijiex l-awtorità regolatorja, il-kompetenza li tiddefinixxi l-elementi determinanti għall-kalkolu tat-tariffi, fir-rigward ta’ ċerti installazzjonijiet ta’ trażmissjoni tal-elettriku, b’mod kuntrarju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(2)(a) tad-Direttiva 2003/54,
naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy