Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Is‑Seba’ Awla) tal‑24 ta’ Settembru 2009 – Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija
(Kawża C‑477/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/36/KE – Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal‑Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl‑iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 8)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir‑Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tittrasponi d‑Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, ir‑Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l‑Artikolu 63 ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy