Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 – Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit
(Kawża C-495/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 85/337/KEE – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent – Obbligu li deċiżjoni sabiex proġett ma jiġix suġġett għal stima tkun motivata”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 8)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248) -Obbligu li deċiżjoni sabiex proġett ma jiġix suġġett għal stima tkun motivata
Dispożittiv
1) Billi ma ssottomettiex l-applikazzjonijiet għar-Review of Mineral Planning ippreżentati f’Wales qabel il-15 ta’ Novembru 2000 għar-rekwiżiti tal- Artikoli 2(1) u 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2) Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy